Attentat fjakk ta' Azzopardi biex iżomm lil Casa relevanti  | One News

Notifiki

Attentat fjakk ta’ Azzopardi biex iżomm lil Casa relevanti 

L-oppożizzjoni nazzjonalista, li kienet qed tgħid li trid tiddiskuti l-pensjonijiet bi prijorità, issa marret il-Parlament biex minflok tiddiskuti r-rapport li għamlet delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li kien hemm fiha David Casa. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Jidher li d-deputat Jason Azzopardi mhux jitlef okkażjoni biex jgħin lil sieħbu jibqa’ jidher relevanti peress li qed ikun imwarrab minn bnadi oħra tal-Partit Nazzjonalista.

Il-konklużjonijiet ta’ din id-delegazzjoni dwar rule of law kienu mwieġba u diskussi minn membri tal-Gvern Malti iktar minn darba, inkluż fi Brussell. B’hekk jekk l-Oppożizzjoni trid tiddedika waħda mis-seduti tagħha għal dan il-għan il-gvern m’għandu ebda problema jidibatti.

Minn naħa l-oħra jekk il-Partit Nazzjonalist ried ikun kredibbli kellu jdaħħal sezzjoni fuq l-evażjoni tat-taxxa u kif min iħaddan r-rule of law jħallas dak dovut minnu lill-istat.

Fuq kollox jidher li din se tkun biss okkażjoni oħra biex nuru l-qerq tal-Partit Nazzjonalista barra minn xtutna u nfakkru kif għamilna dak li kwart ta’ seklu ta’ gvernijiet nazzjonalisti m’għamlux.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend