Malta se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-Ingilterra | One News

Notifiki

Malta se tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-Ingilterra

F’laqgħa li kellhom il-Prim Ministru ta’ Malta u l-Ingilterra, Joseph Muscat u Theresa May iddiskutew dwar deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fuq liema direzzjoni se timxi l-Ingilterra fir-rigward ta’ relazzjoni mal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta se tkompli ssaħħaħ ir-rabta bilaterali tagħha mal-Ingilterra u li Malta se tgħin fid-diskussjoni dwar il-Brexit fuq livell Ewropew; anke fir-rigward tal-kwistjoni tal-fruntiera Irlandiża.

Theresa May sostniet li se jkun hemm deċiżjonijiet iebsin x’jittieħdu bil-għan li jintlaħaq l-aħjar ftehim possibbli. May saħqet ukoll li bħala pajjiż se tkompli tissapportja s-servizzi finanzjarji anke b’relazzjoni ġenerali mal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend