Kompetizzjoni awdjoviżiva għal Jum il-Ħelsien | One News

Notifiki

Kompetizzjoni awdjoviżiva għal Jum il-Ħelsien

Festivals Malta qed torganizza kompetizzjoni awdjoviżiva bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-39 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien. Jum il-Ħelsien hu ċċelebrat fil-31 ta’ Marzu biex ifakkar il-ġurnata li fih il-forzi Brittaniċi telqu minn Malta fl-1979.

Il-kompetizzjoni bl-isem: ‘Xi jfisser Ħelsien għalik?’ hi miftuħa għall-pubbliku ġenerali, ħlief dawk li huma professjonisti jew prattikanti regolari fil-qasam tal-awdjoviżiv. Il-kompetizzjoni se ssir bejn filmati homemade, li nġibdu u ġew editjati permezz tal-mowbajl.

Il-filmat irid juri l-interpretazzjoni awdjoviżiva tat-tifsira tal-kelma ‘ħelsien’ (freedom) illum, li tmur lil hinn miċ-ċelebrazzjoni storika tal-anniversarju. Membri tal-ġurija se jagħżlu l-aħjar filmat fuq dawn il-merti: il-kunċett, il-kreattività u l-kwalità tal-ġbid u l-editjar tal-filmat.

L-aqwa tliet filmati se jingħataw premji fi flus: €500 għall-filmat rebbieħ, €300 għall-filmat li jiġi fit-tieni post u €200 għall-filmat li jiġi fit-tielet post.

Il-filmati għandhom jintbagħtu sat-22 ta’ Marzu 2018 sa nofsinhar, permezz ta’ WeTransfer jew b’email fuq [email protected] Applikazzjonijiet li jintbagħtu tard ma jiġux aċċettati. Għal iktar informazzjoni ibgħat fuq [email protected] jew ċempel fuq 23397000. Żur www.festivalsmalta.org biex tniżżel l-applikazzjoni kif ukoll biex tiċċekkja t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend