Iż-Żejtun Barokk – mixja kulturali minn Wirt iż-Żejtun | One News

Notifiki

Iż-Żejtun Barokk – mixja kulturali minn Wirt iż-Żejtun

Nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu, festa pubblika, Wirt iż-Żejtun ser torganizza mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun, bit-tema – Iż-Żejtun Barrokk.

Din il-mixja ser tibda minn Misraħ Carlo Diacono fid-9:30 ta’ filgħodu fejn matula ser naraw kif żviluppa ċentru taż-Żejtun matul is-seklu 18. Bħala parti mill-mixja se nkunu wkoll qed inżuru il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina.

Għal aktar informazzjoni u booking idħol https://wirtizzejtun.com/2018/03/09/events-iz-zejtun-barokk/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend