Il-fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa nediet għadd ta’ rakommandazzjonijiet fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi f’pajjizna.
Fost ir-rikommandazzjonijiet wieħed isib l-importanza li adoloxxenti jsibu b’mod iktar faċli l-kontraċettivi, edukazzjoni sħiħa dwar is-suġġett u s-suġġeriment li l-kontraċettivi jingħataw lil żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena.
Il-fondazzjoni qed tirrakomanda li jiġi legalizzat l-abort b’mod sigur u b’mod li jħares lid-drittijiet tal-mara.
Id-direttur u l-fundatur tal fondazzjoni Lara Dimitrijevic saħqet li dan is-suġġett għadu wisq taboo tant li nies li jaqblu mal-abort qed jibżgħu juru l-opinjoni vera tagħhom.