Ħu ħsieb dawn l-għaxar punti… | One News

Notifiki

Ħu ħsieb dawn l-għaxar punti…

Bosta huma s-sinjali li wieħed irid jieħu ħsieb meta jkollu bozza ħamra tixgħel fuq l-addiction tiegħu speċjalment fejn tidħol droga.

L-aktar għaxar sinjali komuni li kapaċi jħeġġu relapse huma dawn:

  1. Ġuħ, rabja, għajja. Huwa tajjeb li wiehed jistrieħ kemm għandu bżonn u jibbilanċja ħajtu bejn divertiment, xogħol u mistrieħ.
  2. Emozzjonijiet. Meta dawn ikunu negattivi kapaċi jgiegħelu lill-bniedem jirrikorri għall-użu tad-droga u jiftakar f’memorji antiki tal-passat ikrah.
  3. Stress. Qatt mhu tajjeb li tkun stressjat; sew jekk int addict u anke jekk le. Tajjeb li titgħallem tgħaraf dan u tgħid ‘se nieqaf ftit mil-ġenn tal-ħajja.’
  4. Kunfidenza żejda. Qatt m’għandek taħseb li wasalt xi mkien jew li għax għandek certu ‘clean time’ tista’ sserraħ moħħok. Żomm lilek innifsek alert mingħajr paniku żejjed.
  5. Ansjetà żejda u dipressjoni. Uġiegħ ta’ kull tip, inkluż nuqqas ta’ saħħa fiżikali tajba twassal ukoll għal vendikazzjoni miegħek innifsek. Żomm il-kolp.
  6. Iżolazzjoni soċjali. Jekk tara li qed taqta’ mill-ħruġ anke dak sempliċi, u tispiċċa dejjem f’kamartek, ma trid tara lil ħadd u ma jinteressak xejn, tkellem.
  7. Sess u relazzjonijiet. Huma ħafna li jissuġġerixxu li fl-ewwel sena tal-irkupru, addict ma jkollux relazzjoni. Dan biex ma jassoċċjax mumenti sesswali mal-użu għax ġeneralment ikunu jmorru ħafna flimkien. Jista’ jkun ukoll li jkollok dik li tissejjaħ cross addiction u flok droga, iddur għas-sess.
  8. Ċelebrazzjonijiet żejda. Jista’ jkun li mument pjaċevoli u ta’ ċelebrazzjoni, speċjalment meta jkun hemm ‘peer pressure’ iġiegħelek tieħu drink ta’ darba għax tgħid ‘u iva dak ma jagħmilli xejn’ u ‘jien m’għandix problema ta’ xorb’…dan jista’ jwasslek xorta waħda għal użu b’mod pulit mingħajr ma tinduna.
  9. Ftaħir dwar użu fil-passat. Ma tridx tinnamra ma’ mumenti ta’ pjaċir li ħadt bid-droga. Ħafna drabi, ix-xewqat u l-memorji jibqgħu jiġru warajk u jħajruk tant li jnessuk it-tbatija li batejt ħabba l-użu.
  10. Postijiet relatati. Evita postijiet marbuta mad-droga, jew fejn hemm droga aċċessibbli. Ftakar li int qatt ma int b’saħħtek aktar minnha, allura EVITA.

F’każ ta’ relapse, jigifieri li taqa’, tkellem mill-ewwel u ċedi…tħallihiex terġa’ taħkmek. Ftakar li din id-darba, il-waqa’ tkun agħar, allura iġbor lilek innifsek mill-ewwel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend