Taljan isofri ġrieħi gravi f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

Taljan isofri ġrieħi gravi f’Tas-Sliema

Illum għall-ħabta tal-ħamsa u kwart 5.15pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fl-inħawi ta’ Tigne’ Point, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li taljan ta’ madwar 35 sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

 Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend