L-Istitut tal-Arti u t-Teknoloġija u l-Union Ħaddiema Mgħaqudin ffirmaw ftehim kollettiv li wassal biex l-amministrazzjoni tal-MCAST tingħata kundizzjonijiet aħjar. ONE News tkellem mal-Prinċipal tal-MCAST, Stephen Cachia li qal li dan il-ftehim qed jgħati rikonoxximent għax-xogħol siewi li jgħamlu dawn il-persuni fil-vjaġġ akkademiku ta’ kull student.
Dan il-qbil qed jgħati rikonoxximent, u kundizzjonijiet aħjar, fir-rigward ta’ xogħol u kundizzjonijiet ta’ pagi lill-ħaddiema amministrivi u ta’ support tal-mcast. huma nies li jgħatu sapport amministrattiv, support ta’ maintenance u xogħol klerikali. diversi tipi ta’ xogħolijiet illi fil-verita ma’ jidhrux mal-studenti imma jgħamlu mpatt kbir.
Il-President tal-Bord tal-Governaturi tal-MCAST, Dr. Silvio De Bono ddeskriva dan il-ftehim kollettiv bħala l-aqwa wieħed għall-amministrazzjoni f’kemm ilha mwaqqfa l-MCAST u saħaq li ser ikun wieħed li jtejjeb is-salarji u joffri ħinijiet iżjed flessibli li jkopri l-eżiġenzi tal-familji tal-ħaddiema.
Intant il-UHM qalet li huwa ta’ sodisfazzjon għaliha li waslu għal dan il-qbil mal-MCAST u saħqet li huwa mportanti l-unjin u l-amministrazzjoni jimxu id f’id u jaqdfu fl-istess direzzjoni biex jiġi milħuq l-għan aħħari li jibbenefika l-ħaddiem.