Puttinu Cares b'inizjattivi kontinwi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer | One News

Notifiki

Puttinu Cares b’inizjattivi kontinwi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kanċer

Kannolli friski se jinbiegħu fuq iz-zuntier tal-knejjes taż-Żurrieq, Imqabba, Qrendi, Kirkop, Safi, San Bastjan u San Ġorġ f’Ħal Qormi u f’San Ġwann nhar il-Ħadd li ġej 11 ta’ Marzu b’riżq Puttinu Cares.

Se jsir ukoll bejgħ ta’ kejkijiet fl-Università ta’ Malta nhar il-ħamis li ġej 8 ta’ Marzu li jitkompla s-sibt u l-ħadd; 10 u 11 ta’ Marzu.

Puttinu Cares twaqqaf fl-2002 bħala grupp ta’ appoġġ għall-familji bi tfal li jimirdu bil-kanċer u beda minn idea u x-xewqa li toffri appoġġ ħolistiku bl-aħjar mod possibbli.

Dr Victor Calvagna u s-Sur Rennie Zerafa kienu l-fundaturi ta’ dan il-grupp.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend