Maqbuda 330 kilo marijuana b'valur ta' 3 miljun ewro x'aktar iddestinata lejn Malta | One News

Notifiki

Maqbuda 330 kilo marijuana b’valur ta’ 3 miljun ewro x’aktar iddestinata lejn Malta

330 kilo marijuana ġet issekwestrata f’Ragusa fi Sqallija kif ukoll ġew arrestati żewġ persuni; it-tnejn Sqallin. Id-droga kienet x’aktarx iddestinata lejn Malta skond siti tal-aħbarijiet Sqallin.

Il-valur tad-droga jaqbeż it-3 miljun ewro u skond l-istess rapporti f’ siti tal-aħbarijiet Sqallin, din qed titqies bħala l-akbar qabda li qatt saret fil-provinċja ta’ Ibla.

Jidher li d-droga nstabet f’qiegħ falz ta’ trailer. Il-pulizija ta’ kontra d-droga nnutaw xi irregolaritajiet u talbu dokumenti lil Massimo Battaglia ta’ 39 sena u Carmelo Incardona ta’ 52 sena.

Dawn ma kkoperawx magħhom. Fi tfittxija ġo waħda mid-djar tal-arrestati nstabet ukoll arma tan-nar li kienet insterqet ftit xhur ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend