Dalgħodu f’Ħaż-Żabbar infetħet dar oħra għall-persuni b’diżabilità fil-komunità.
Din hija l-għaxar dar mill-għaxra mwiegħeda bħala parti mill-proġett Soċjetà Ġustà. B’hekk, il-proġett ġie konkluż u tlesta fi żmien ħames snin, kif kien wiegħed il-Gvern.
Din id-dar se tkun qed toffri post fejn il-persuni b’diżabilità jintegraw mal-komunità filwaqt li l-ġenituri tagħhom jingħataw serħan il-moħħ.
Minkejja li issa l-proġett Soċjetà Ġusta twettaq, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ NGOs biex ikun hemm iktar djar bħal dawn. Fetaħ din id-dar il-Prim Ministru Joseph Muscat.