ARA: Il-Prim Ministru jagħmilha ta' gwida lil grupp ta' studenti f'Kastilja | One News

Notifiki

ARA: Il-Prim Ministru jagħmilha ta’ gwida lil grupp ta’ studenti f’Kastilja

Grupp ta’ studenti ingħataw sorpiża mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kienu qed jagħmlu żjara fil-Belt Valletta. Dan hekk kif hu stedinhom biex idawwarhom ma’ Kastilja. Bl-istudenti bi tbissima fuq fommhom u b’attenzjoni liema bħalha apprezzaw il-ħin li l-Prim Ministru ddedika biex jagħmilha ta’ gwida għalihom. Ħin li matulu l-Prim Ministru spjega lill-istudenti l-istorja rikka ta’ Kastilja.

Il-Prim Ministru poġġa ukoll ritratt fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram, ritratt li jirifletti l-umiltà tal-Prim Ministru u l-apprezzament tal-istudenti għal din l-opportunità li żgur qatt m’huma se jinsew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend