Fitch – Fittex u ssib | One News

Notifiki

Fitch – Fittex u ssib

Li Fitch Ratings għolliet lil Malta wkoll ghal A+  huwa ċertifikat ta’ fiduċja li kulħadd għandu jkollu fl-ekonomija Maltija. Meta Moody, u Fitch jagħmlu l-analiżi tagħhom,  ikunu attenti għax ma jridux joħorġu ta’ mażetta.   Dan iċ-ċertifikat huwa għall-gvern.  Ifisser li tista’ tafdah,  u jekk kellek tixtri l-bonds tiegħu,  serraħ rasek għax serju.

Tiskantawx jekk ngħidilkom li l-Italja,  li suppost hija waħda mill-akbar pajjiżi bi żvilupp ekonomiku,  ir-rating tagħha huwa ta’ BBB,  jiġifieri anqas minn dak ta’ Malta.

Malta tinsab fl-istess kategorija bħal ma hija l-Irlanda u l-Israel.  Dan il—pajjiż tal-aħħar dejjem ta’ min ikejjel miegħu,  għar-raġuni sempliċi li l-Lhud għandhom tradizzjoni ta’ sekli kif jieħdu ħsieb il-flus,  tagħhom u ta’ ħaddieħor.

Iċ-ċertifikat ta’ Fitch ifisser li lill-Istat Malta afdawh,  l-istess daqs kemm tafdaw lill-Irlanda u lill-Israel.  U Fitch ma joħorġux ċertifikat bl-addoċċ. Ifittxu u jgħidu dak li jsibu. Ma  jirrispettaw wiċċ ħadd.  U dak li jgħid għaliex bir-rigla tagħhom ikunu qabblu l-pajjiż li jkun ma’ dawk l-istandards. Għalhekk importanti wkoll dak li jgħidu bħala raġunijiet għala qed jaslu hemm.

Intqal li r-riżultati huma indikazzjoni ta’ rule of law  b’saħħitha u gvern effettiv. Issa mbaghad erba’ mbuttati u jridu jagħmlu ħoss fil-Parlament Ewropew jiġu jgħidu li rule of law m’hawnx hawn Malta. Dan barra l-Maltin li jimbuttawhom biex il-barranin jitkellmu hekk.

Meta Fitch jagħtu ċertifikat bħal dak u jitkellmu fuq ir-rule of law,  kull allegazzjoni li jkun hemm jidħlu fiha u jinvestigawha. U għandhom biżżejjed “għerf” biex jagħżlu bejn allegazzjonijiet, għajjat, tfiegħ ta’ tajn, u provi sodi ta’ nuqqas ta’ saltna tad-dritt u korruzzjoni.

Fejn hemm il-korruzzjoni ma hemmx satna tad-dritt.

Fitch, fittxew u ma sabu xejn x’jallarma.  Għandu raġun Profs Edward Scicluna li jkun kuntent.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend