IT-TAPIZZAR RAYMOND GRIMA QATT MA GĦARAF LIL MIN SPARALU | One News

Notifiki

IT-TAPIZZAR RAYMOND GRIMA QATT MA GĦARAF LIL MIN SPARALU

Wara li lbieraħ tilef ħajtu Raymond Grima,  it-tapizzar li fis-sbatax ta’ Novembru li għadda, intlaqgħat minn tliet tiri ta’ arma tan-nar f’żaqqu f’garaxx Ħ’Attard. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li Grima qatt ma kien jaf jew għaraf lil min spara iżda għażel li ma jgħid xejn lill-Pulizija.

Bi Grima, fl-aħħar jiem reġà ddaħħal  fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar Mater Dei wara li żviluppawlu kumplikazzjonijiet serji f’saħħtu, fejn kien qed jiġi mgħasses erbgħa u għoxrin siegħa.

Bit-tapizzar ma lissen ebda kelma ukoll,  dwar l-attentat ta’ qtil u l-qtil innoċenti ta’ Anġlu Mangion magħruf bħala l-Pexx, li nzerta fil-garaxx ta’ Grima fil-ħin li l-aggressur daħal fuqhom u spara fid-direzzjoni tagħhom; b’Mangion jitlef ħajtu fuq il-post.

Bil-Pulizija qed timxi fuq it-teżi li Grima kien jaf sew lill-aggressur tiegħu.

Il-każ qed ikompli jiġi investigat bħala qtil doppju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend