Jaroslav Starjat, Slovakk ta’ 27 sena jirrisjedi San Pawl il-Baħar ġie mibgħut lura pajjiżu wara li nħareġ mandat t’ arrest Ewropew fil-konfront tiegħu wara li wettaq reati ta’ frodi u misaproprijazzjoni.
Fil-qorti, is-Slovakk, li jaħdem għal-rasu irrikonoxxa l-fatt li kien wettaq dawn ir-reati u aċċetta li jintbgħat fir-Repubblika Ċeka biex jidher quddiem il-qorti tal-pajjiż.