Arrestata persuna fuq droga | One News

Notifiki

Arrestata persuna fuq droga

Ġuvni ta’ 28 sena residenti l-Ibraġġ ġie arrestat illum mill-pulizija tal-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Waqt tfitxija li saret fuq il-persuna tiegħu, huwa nstab fil-pussess tas-sustanza suspettata kokaina, amfetamina, pilloli suspettati ecstasy, u xi sustanza oħra suspettata LSD.

Sussegwentament, saret ukoll tfiċċija fir-residenza tiegħu fejn instabet aktar sustanza suspettata LSD , ħaxixa u xi żerriegħa suspettata qanneb.

Il-ġuvni qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet li ghadhom ghadejjin u ħa jittressaq għada taħt arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera LLD.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend