Tnejn maqtula fi sparatura f’Campus f’Università f’Michigan – One News

Notifiki

Tnejn maqtula fi sparatura f’Campus f’Università f’Michigan

L-awtoritajiet Amerikani qed jinvestigaw sitwazzjoni attiva fil-campus ta’ Central Michigan University wara rapport ta’ sparaturi.

L-istudenti rċivew messaġġi mibgħuta awtomatikament mill-universita b’twissija ta’ sparaturi fir-raba sular.

L-universita kkonfermat li żewġ persuni nqatlu fis-sala. Huma mhumiex student u l-pulizija qed tgħid li kollox beda minn sitwazzjoni domestika.

Il-campus jinsab msakkar, filwaqt li s-suspettat, James Eric Davis Jr ta’ dsatax-il sena, għadu ma nqabadx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend