Tifel ta' erbattax-il sena jinżamm arrestat | One News

Notifiki

Tifel ta’ erbattax-il sena jinżamm arrestat

Tifel ta’ erbatax-il sena nżamm arrestat fid-diviżjoni tal-minuri tal-faċilità korrettiva ta’ Kordin wara li wieġeb ħati li seraq rota li tiswa aktar minn ħames mitt ewro.

It-tifel li jagħmel użu mid-droga ġie mixli li seraq ir-rota l-Erbgħa li għadda mill-Birgu.

Fil-qorti, id-difiża talbet lil Qorti biex il-ġuvni jingħata l-liberta proviżorja u tikkunsidra l-fatt li għandu problema tad-droga. Żiedet tgħid li l-fatt li f’ pajjiżna m’hawnx programm tad-droga għal nies tal-età tiegħu, il-ħabs mhux se jgħinu biex ibiddel l-atitudni tiegħu.
Fi tmiem is-seduta, it-tifel infaqa’ jibki hekk kif il-maġistrat ma laqgħetx it-talb għall-ħelsien mill-arrest sakemm jitlesta r-rapport minn ħaddiema soċjali.

Il-qorti ordnat li t-tifel ikun segwit minn tim ta’ professjonisiti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend