Baqa' dieħel bil-vann ġo blokka appartamenti | One News

Notifiki

Baqa’ dieħel bil-vann ġo blokka appartamenti

Raġel ta’ 35 sena ttieħed Mater Dei dalgħodu, wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-vann tat-tagħbija tiegħu.

L-inċident seħħ fi Triq Birkirkara f’San Ġiljan għall-ħabta tas-1.45am.

Jidher li raġel mill-Ħamrun baqa’ dieħel f’faċċata ta’ blokka ta’ appartamenti.

Issejħet l-assistenza meħtieġa fuq il-post.

Jidher li s-sewwiq ħarrab ġrieħi ħfief. Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend