Minkejja li l-Parlament beda jiddiskuti l-liġi tal-produzzjoni ta’ mediċina mill-kannabis u kelliema Nazzjonalisti tkellmu dwarha fl-istess istituzzjoni, il-Partit Nazzjonalista għad m’għandux pożizzjoni uffiċjali dwar is-suġġett.
Jirriżulta li din hi waħda mir-raġunijiet għaliex qed ikun hemm dikjarazzjonijiet tant kuntrastanti. Fil-programm Arena, Ivan Bartolo kkonferma għal darba tnejn li deċiżjoni ma hemmx.
Hu qal “Għaddejjin id-diskussjoni anke bħala grupp parlamentari.” Meta reġa’ mistoqsi, hu reġa’ tenna ” Għaddejin id-diskussjonijiet.”
Id-deputat Nazzjonalista, Ivan Bartolo, qal li issa li ilu xhur jaħdem ma’ Adrian Delia xorta waħda hu konvint mid-deċiżjoni tiegħu li ma jċedilux is-siġġu parlamentari. Għal darba tnejn tlieta Bartolo qal li llum qed jaħsibha differenti dwar Delia. Peró meta mistoqsi dwar is-siġġu parlamentari wieġeb hekk.
Filwaqt li kien għalih Delia seta’ baqa barra mill-Parlament, Bartolo tkellem dwar l-attakki fuq Delia. Imfakkar minn fejn oriġinaw Bartolo qal li aħjar ma jitkellimx fuq hekk.
Ivan Bartolo tkellem dwar il-kunsillier Charlo Cassar li telaq mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem. Dwar dan id-deputat Karol Aquilina qal li kienet telfa għall-Partit Nazzjonalista u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli tenna li kien il-Partit Nazzjonalista li ma riedx lil Cassar. Bartolo pprova jżomm ftit il-bilanċ.
Intant, meta mistoqsi dwar il-fatt li Delia ma ħallasx it-taxxa Ivan Bartolo wieġeb hekk.
“Il-kwistjoni tat-taxxa fil-grupp parlamentari spjegalkom meta. Ramona jidher li hemm proċess. Jekk ikolli 96 euro mmur inħallsu l-għada għax nibża’. Adrian Delia mhux bħalek ma jibżax.”