Il-Qorti tal-Appell irriformat sentenza effettiva ta’ ħabs għal sentenza sospiża fil-konfront tal-għalliema Dorian Camilleri ta’ ħamsa u tletin sena mir-Rabat li s-sena li għaddiet ġiet ikkundannata ħames snin ħabs fuq qtil involontarju wara li nstabet ħatja li tajret żewġ aħwa f’Ħ’Attard u qatlet wieħed minnhom.L-inċident seħħ f’Mejju tal-2011 meta l-għalliema kienet qed issuq fi Triq l-Imdina r-Rabat. Fl-inċident kien tilef ħajtu Alfred Zahra ta’ erba’ u sittin sena mill-Imsida waqt li oħtu Carmela Zahra li kellha ħamsa u sebgħin sena kienet weġġgħet gravi.Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Appell ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima sabet lil Camilleri ħatja dwar il-qtil involontarju ta’ Zahra waqt li lliberata dwar il-ġrieħi gravi fuq oħtu Carmela.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Appell bidlet is-sentenza tal-ewwel qorti minn ħames snin ħabs għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sena. Il-Qorti naqqset ukoll is-sospensjoni tal-liċenzja minn ħames snin għal sena.
Viżibbiliment emozzjonata quddiem il-bini tal-qorti u mdawra bil-qraba u l-avukati tagħha, Camilleri qalet li l-fatt li s-sentenza tranġat tħossha aħjar.
Qalet li l-każ kien traġedja fl-2011 u jibqa’ traġedja sal-ġurnata tal-lum. Qalet li l-aktar mument emmozjanti li kellha wara s-sentenza kien li setgħet tgħannaq lin-neputi tal-vittmi li tkellmet miegħu u fehmu u taw wens lil xulxin.
Kien dak il-mument li fl-aħħar stajt nieħu b’idejn qraba tal-vittma – tgħanniqa kienet xi ħaġa sabiħa ħafna anke għalija personalment. Stajt nitkellem miegħu, nifhmu l-emozzjonijiet ta’ xulxin, li jiena nifhem lilu u hu lili – wera li ma qabilx mas-sentenza ta’ qabel u din s-sentenza wera li kien hemm iktar qbil maghha dik sabiha iktar ms-sentenza innifsiha.
Dorianne qalet s-sitwazzjoni ma kienet faċli għall-ħadd. Hija tat ħajr lill-poplu Malti kollu għall-appoġġ li ngħatat matul din l-aħħar sena li qalet ma kienet faċli xejn.
il-fatt li ma jkun jkunx hemm priġunerija jien li għandi familja d-dar għalija kienet tfisser ħafna u l-istorja ġrat kif ġrat iktar: pero emozzjonijiet jieħdu over, familja li juru dak il-ferħ li tista tkompli magħhom u ddawwar ħajtek dak huma importanti.
Waqt li stqarrijet li kellha ħeġġa li tmur lura d-dar biex tgħannaq lil bintha, hija qalet li tul dawn ix-xahar baqgħet tgħallem u tkompli b’din il-vokazzjoni għax hija ħajjitha.