Uffiċjal armat kien fuq barra tal-iskola waqt l-attakk fi Florida – One News

Uffiċjal armat kien fuq barra tal-iskola waqt l-attakk fi Florida

L-uffiċjal tal-iskola li kien armat, ġie mlaqqam beżżiegħ mill-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, waqt li ddefenda l-azzjonijiet tiegħu waqt l-attakk li seħħ fl-iskola ta’ Marjory Stoneman Douglas.

Scot Peterson kien fuq barra tal-iskola meta agressur qatel sbatax-il persuna iżda ma daħalx fuq ġewwa meta waqfu l-isparaturi. L-avukat tiegħu, Joseph DiRuzzo, qal li l-klijent tiegħu emmen li l-isparaturi kienu ġejjin minn barra l-iskola.

DiRuzzo qal li mhux veru li Peterson kien beżżiegħ fil-jum tal-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend