Il-PN jinsisti li ma raħsux il-kontijiet – One News

Notifiki

Il-PN jinsisti li ma raħsux il-kontijiet

Kważi erba’ snin mindu l-Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet.

Dan meta bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl il-poplu Malti u Għawdxi żamm f’butu aktar minn sebgħin miljun ewro fi flus li seta’ jonfoq f’affarijiet oħrajn.

Żewġ rappreżentati li l-Partit Nazzjonalista bagħat fil-programm Realtà qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet tal-enerġija u saħansitra ddubitaw ukoll ir-rapporti ta’ esperti internazzjonali bħal dawk ta’ Moody’s u d-DBRS.

Skont Frank Psaila, li l-Kap Adrian Delia qed jimbottah għal membru parlamentari ewropew u għalhekk jibagħtu fi programm wara ieħor, wara kull bieb ta’ dar f’Malta hemm biss nies ibatu.

Kien hawn li Jean Pierre Debono ddikjara li mhux veru roħsu l-kontijiet tal-enerġija.  Anke jekk il-fatti huma li roħsu b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija u f’ħafna każi iktar.

 Id-dawl u l-ilma raħsu. Mhux reali. Mhux il-każ. Jekk id-dawl u l-ilma raħas. Ma raħasx qed niċċelingjak. Qed niċċelingjak

Frank Psaila żied miegħu u qal li n-nies jemmnu li raħsu l-kontijiet minħabba l-propoganda tal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend