Usain Bolt se jibda karriera bħala plejer tal-futbol | One News

Notifiki

Usain Bolt se jibda karriera bħala plejer tal-futbol

 

L-istilla tal-Atletika Usain Bolt li rtira wara l-kampjonati dinjija tal-IAAF fl-2017 issa qed isostni li ffirma ma’ Klabb tal-futbol.

Dan wara li ilu juri x-xewqa tiegħu li issa jibda karriera fid-dinja tal-futbol.  Bolt kien partikolarment interessat li jilgħab mat-tim favorit tiegħu Manchester United.  Madankollu kien eċitat ukoll għall-prova li kellu f’Marzu mat-tim Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund.  Dan filwaqt li iktar kmieni offra wkoll is-servizzi tiegħu lit-tim Amerikan ‘Futbol Miami’. Kien għalhekk li ħasad lil bosta hekk kif qal li se jkun qed jiżvela għada filgħodu ma’ liema tim se jibda l-karriera tiegħu fil-futbol.  Huwa kiteb dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter filwaqt li saħaq li kien ġa ffirma ma’ tim.

Iktar kmieni Bolt kien saħaq li hu għandu aspettattivi tajbin ħafna għal din l-avventura l-ġdida hekk kif qal li jekk jieħu l-affarijiet bis-serjetà kapaċi jkun plejer tajjeb daqs il-plejer Ingliż Wayne Rooney.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend