L-istabilità ekonomika u l-qagħda ġeografika ta’ Malta jattiraw lill-investituri barranin sabiex jistabillixxu l-operat tagħhom f’Malta.
Fid-dawl ta’ dan, l-Ambaxxatriċi Amerikana f’Malta Glenna Kathleen Hill semmiet kif l-investituri Amerikani fosthom Crane Currency kif ukoll Steward Health Care ġew minn rajhom sabiex jiskopru l-potenzjal li joffri pajjiżna.Dwar l-industrija tal-istampar tal-karti tal-flus f’Malta, l-Ambaxxatriċi Amerikana semmiet kif il-portijiet naturali f’Malta iservu ta’ pont sabiex investituri f’dan is-settur daqstant żgħir jagħżlu lill-pajjiżna sabiex jestabilixxu l-operat tagħhom.
L-ambaxxatriċi Amerikana semmiet kif Malta għandha numru ta’ opportunitajiet f’diversi oqsma fosthom fis-settur tal-intrapriżi żgħar u medji kif ukoll fl-industrija tal-avjazzjoni li kulma jmur qIegħda dejjem tikber.