Turist Amerikan ġie interrogat mill-Pulizija tal-Ġappun wara li nstabet ras’ ta’ mara f’appartament li kien qed jikri f’Osaka.
Il-Pulizija qalet li x’aktarx ir-ras, li nstabet f’bagalja, hi ta’ mara Ġappuniża li ntlemħet l-aħħar f’filmati tas-sigurta’ miexja ma’ suspettat. Il-mara, li kellha 27 sena, kienet qalet lil sħabha li kienet sejra tiltaqa’ ma’ Amerikan li saret tafu fuq app.
Is-suspettat allegatament ċaħad li hu għandu x’jaqsam ma’ dan il-każ.
Hu ġie identifikat mill-midja tal-Ġappun bħala Yevgeniy Vasilievich Bayraktar, ġuvni ta’ 26 sena minn New York.