Żewġ persuni nqatlu fi sparatura li seħħet biswit il-bank UBS fiċ-ċentru tal-belt Żvizzera, Zurich.
Il-każ seħħ fis-sagħtejn u nofs ta’ wara nofsinhar, meta l-Pulizija sabu żewġ iġsma bla ħajja fuq ix-xena tad-delitt.Nies li raw l-attakk iseħħ quddiem għajnejhom qalu li kienu sparati ħames tiri.
Il-mottiv wara l-isparatura u l-identità tal-vittmi għadhom mhux magħrufa.
Rapporti fil-midja Żvizzera qalu li raġel armat spara tiri lejn raġel ieħor imbagħad dawwar l-arma fuqu u qatel lilu nnifsu.