Snapchat jagħmel telf ta' $1.3 biljun wara kritika dwar tibdil fl-app | One News

Notifiki

Snapchat jagħmel telf ta’ $1.3 biljun wara kritika dwar tibdil fl-app

Snapchat għamel telf ta’ $1.3 biljun wara li Kylie Jenner, waħda mill-aħwa tal-Kardashians, ikkritikat tibdil ġdid.

Dan it-tibdil li ħareġ il-ġimgħa l-oħra, ġie kkritikat min diversi persuni li jużaw dan is-sit soċjali.

B’konsegwenza ta’ dan it-tibdil, iktar minn 1.2 miljun persuna ffirmaw fuq petizzjoni onlajn, biex dan it-tibdil jitneħħa u jerġa’ jiġi dak li kien hemm qabel. B’reazzjoni għal dan, il-kumpanija Snapchat qalet li taċċetta din il-kritika li qed issir. Huma żiedu jgħidu kif dan l-update mhuwiex favurit ma’ dak li jużawh.

Dan l-update sar biex persuni li jużaw dan is-sit soċjali, ikollhom ħajjithom iktar faċli meta użaw din l-app.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Snap Inc., Evan Spiegel m’eskludiex li l-update jerġa’ jmur kif kien qabel.

Siegħat wara dan it-tweet li tellef lil Snap Inc. iktar min $1 biljun, Jenner qalet fi tweet oħra li xorta waħda se tibqa tuża dan is-sit soċjali.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend