L-Arċisqof Charles J. Scicluna llejla ħareġ mill-Isptar ta’ San Carlos de Apoquindo, f’Santiago, iċ-Ċilì, fejn kien rikoverat għal dawn l-aħħar tlett ijiem.
Mons. Scicluna ser jagħmel perjodu ta’ konvalexxenza fin-Nunzjatura Appostolika taċ-Ċilì, fejn mistenni jkompli bil-ħidma relatata mal-missjoni li fdalu l-Papa Franġisku.
Kien tlett ijiem ilu li l-Arċisqof iddaħħal l-isptar fiċ-Ċilì fejn sarlu intervent fil-marrara.
Kien l-Erbgħa waranofsinhar li l-Kurja kkonfermat din l-aħbar hekk kif bħalissa l-Arċisqof Malti jinsab iċ-Ċilì fuq talba tal-Papa Franġisku sabiex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ abbuż seswali fuq it-tfal mis-saċerdot, Karadima.Monsinjur Scicluna ssospenda l-laqgħat li kellu skedati mal-vittmi tal-allegat abbuż fiċ-Ċilì u ddaħħal l-isptar wara li wasal f’Santiago fiċ-Ċilì nhar it-Tnejn filgħaxija.