Charlot Cassar irriżenja mill-Partit Nazzjonalista iżda qal li se jkun qed ikompli jservi fil-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn bħala kunsillier indipendenti.
F’imejl li bagħat dwar ir-riżenja tiegħu, Cassar qal li l-għan ewlieni tiegħu hu li jservi lin-nies, fejn qal li jrid ikun onest, leali u fost oħrajn trasparenti. Kien għalekk, hu qal, li ħass li m’għandux ikun parti mill-Partit Nazzjonalista.
Hu ma ta ebda raġuni għal din id-deċiżjoni.
Lura f’Ottubru, Cassar kien talab lill-kumitat amministrattiv tal-partit biex jieħu l-passi neċessarji dwar l-allegazzjonijiet li kienet għamlet il-blogger Daphne Caruana Galizia kontra l-Kap tal-PN Adrian Delia, liema allegazzjonijiet imorru lura għall-2003.