Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina tefa’ botta ċara lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista wara li dalgħodu Charlot Cassar, kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Wied il-Għajn, u kandidat fl-aħħar elezzjoni ġenerali, irriżenja mill-partit.
Fi tweet, Karol Aquilina sostna li l-Partit Nazzjonalista tilef persuna valida minħabba li huwa jimxi fuq il-valuri li jħaddan, diskors li huwa botta ċara għall-Amministrazzjoni ta’ Adrian Delia, Clyde Puli u Pierre Portelli.
Cassar li kien imbutatt ħafna fl-aħħar elezzjoni ġenerali minn Simon Busuttil, għażel li ma jibqax fil-Partit Nazzjonalista u f’e-mail li bagħat biex iħabbar ir-riżenja tiegħu, qal li l-għan ewlieni tiegħu hu li jservi lin-nies, fejn qal li jrid ikun onest, leali u fost oħrajn trasparenti. Kien għalekk, hu qal, li ħass li m’għandux ikun parti mill-Partit Nazzjonalista.
Huwa fatt magħruf li kemm Cassar u kemm l-istess Karol Aquilina jagħmlu parti mill-klikka ta’ dawk li ma jaqblux mal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.