Raġel mill-Ghana nżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq ammont ta’ flus minn stabbiliment tal-inbid f’Għawdex.
Ir-raġel ta’ 37 sena mwieled il-Ghana ġie mressaq quddiem il-Maġistrat Dr. J. Vella Cuschieri LLD fil-Qorti ta’ Għawdex.Huwa ġie akkużat li nhar il-21 ta’ Frar, 2018 u kif ukoll fix-xhur ta’ qabel, ikkommetta serq aggravat ta’ iżjed minn €2,000 fi flus kontanti, minn ġo stabbiliment tal-inbid, li jinsab fil-Fontana, Għawdex, kif ukoll li laqa’ għandu oġġetti misruqa.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.