Fl-ewwel xahar tas-sena kompla jiġi rreġistrat titjib fil-qagħda finanzarja tal-Fond Konsolidat tal-Gvern bl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jgħid li fl-ewwel xahar tas-sena, id-defiċit fil-kaxxa ta’ Malta kien ta’ ftit aktar minn tlettax-il miljun ewro. Dan ifisser kważi tliet miljun ewro inqas milli kien f’Jannar tas-sena l-oħra.
L-Uffiċċju tal-Istatistika qal li dan it-titjib kien dovut l-aktar għaliex id-dħul tal-Gvern żdied bi kważi 22 miljun ewro u fl-istess waqt in-nefqa tal-Gvern żdiedet b’dsatax-il miljun ewro.
F’Jannar, id-dejn tal-Gvern kien ta’ kważi 5,386 miljun ewro, €112 miljun anqas meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena l-oħra.