F’appell fuq il-paġna ta’ Facebook, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm appell li hawn bżonn ta’ donaturi tad-demm bi bżonn ta’ demm ta’ kull tip.
Spjega li importanti li kulħadd jifhem li d-donazzjonijiet tad-demm huma bżonnjużi ta’ kuljum u li jekk ma jkunx hawn donazzjonijiet biżżejjed niġu fi kriżi, u finalment ma jbati ħadd għajr il-pazjent.Sadanittant fid-dawl li għal darba oħra r-riserva tad-demm mhix dik ideali, is-Servizz japella għal iktar donazzjonijiet tad-demm li fil-jiem li ġejjin jistgħu jsiru:
• fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 am sas-18:00 pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-18:00pm).
• fil-binja annessa mal-knisja tas-Salib Imqaddes, żona Sant Andrija, Ħaż-Żabbar, li nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:30am sas-1:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sas-1:00pm). Għad-dħul il-pubbliku hu mitlub isegwi t-tabelli minn quddiem il-knisja.
• fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex nhar it-Tlieta 27 ta’ Frar ser ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm (l-aħħar reġistrazzjoni sal-5:00pm).
Huwa importanti li wieħed iġib il-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.