Ser jitwaqqaf regolatur għall-Industrija tal-Bini dan bil-għan li l-iżvilupp kollu li għad irid isir, ikun wieħed sigur filwaqt li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji qabel ma’ dan l-iżvilupp iseħħ vis – a – vis anke każijiet riċenti li seħħew u li kienu jinvolvu nirien.Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg waqt seminar li ndirizza u li kien jitratta s-suġett tal-prevenzjoni tan-nirien, fejn għamel referenza diretta għall-każ ta’ nhar il-Ħadd li għadda fejn nirien ħadu l-ħajja ta’ persuna.
Intant, il-Protezzjoni Ċivili għadejja bit-tfasssil tal-Legislazzjoni għall-Prevenzjoni u l-Protezzjoni min-nirien li mistennija toħroġ għall-Konsultazzjoni Pubblika qabel ma’ din tgħaddi mill-Kabinett u l-Parlament mistennija tinforza ċertu miżuri fuq binjiet pubbliċi diġa’ eżistenti u fuq dawk li jridu jinbnew fil-futur.
Dawn ir-regolamenti ser ikunu wkoll qed jieħdu inkonsiderazzjoni d-diversi binjiet li qed jitellgħu f’pajjiżna magħrufa bħala ‘High Rise Buildings’.