Il-psikjatra Ethel Felice kkonkludiiet li Natalie Williams tista’ tagħti x-xhieda tagħha fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra l-eks sieħeb tagħha li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tagħha fl-aħħar ta’ Novembru li għadda.
Roddy Williams ġie mixli li żamm lill-ekx mara f’għar fil-Kalkara.
Fis-seduti preċedenti, Williams kienet qed tippreżenta ċertifikati mediċi fil-qorti li jgħidu li ma kinitx f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba biex titla’ tixhed.
Fl-aħħar xhur l-akkużat Roddy Williams flimkien mal-avukat tiegħu Franco Debono, kienu qed jinsistu fil-Qorti sabiex il-vittma tittella tixhed malajr kemm jista jkun u saħansittra talbu li tinħatar psikjatra ġdida. Dan kollu bil-għan li l-akkużat jkun jista’ jingħata l-ħelsien mill-arrest.