Munir Mohamm ed Ali Gammudi, Libjan ta’ sebgħa u tletin sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli l-Ħadd filgħaxija aggredixxa kantanta lokali f’Paceville billi għamlilha sikkina ma għonqha qabel ma serqilha l-handbag.
It-Tlieta filgħaxija kellu jiddaħħal l-isptar waqt li weġġa’ lilu nnifsu meta beda jagħti b’rasu mal-ħadid taċ-ċella.
Il-każ seħħ meta l-vittma kienet ma’ ħabiba tagħha qed tistenna lil sħabha barra stabbiliment tad-divertiment meta sfat attakkata. Qalet li żewġt irġiel resqu lejhom, b’wieħed minnhom joħroġ sikkina u jibda jagħfasha ma’ għonqha qabel serqilha l-handbag.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Athony Vella ma tilqax it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Nikolai Sant oġġezzjonat bil-qawwa għat-talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tal-fatt li r-raġel għadu kif ħareġ mill-ħabs f’Diċembru li għadda wara li skont sentenza ta’ ħabs.