Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija l-MCAST qal li l-Unjin tal-Għalliema rrifjutat kull proposta li saret waqt il-laqgħat ta’ konċilazzjoni dwar il-ftehim kollettiv tal-edukaturi fil-Kulleġġ.
Fi stqarrija, l-MCAST irrefera għat-titlwima industrijali bejnha u l-MUT u qal li minkejja l-fatt li matul dawn l-aħħar jumejn it-tmexxija tal-Kulleġġ pproponiet li ttejjeb is-salarju u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-MUT irrifjutat din l-offerta u baqgħet tinsisti li tkompli bl-istrajk u bl-azzjonijiet industrijali.
L-MCAST qal li waqt li qed ikompli juri attitudni pożittiva biex tinstab soluzzjoni ġusta, l-MUT qed tinsisti li tbiddel il-pożizzjoni kull darba li jkunu qed joqorbu għal soluzzjoni.
Fil-fatt semmiet li kull proposta li saret mill-MCAST ġiet irrifjutat mill-MUT.
Fost oħrajn l-MCAST offra li b’mod immedjat l-edukaturi fl-MCAST li għandhom l-istess kwalifiki tal-edukaturi fil-Junior College jingħataw l-istess salarju inkluz il-benefiċċji kollha.
MCAST żied jgħid li l-MUT irrifjutat ukoll il-proposta li l-lecturers kollha fil-kulleġġ, irrispettivament mill-kwalifiki li għandhom, jingħataw l-istess salarju tal-lecturers fil-Junior College.
Żied jingħad li l-unjin irrifjutat ukoll proposta li żżid il-benefiċċji tal-lecturers minn €450 għal elfejn ewro fis-sena, tnaqqis ta’ fis-sigħat tat-tagħlim u żieda fil-ħlas għal xogħol addizzjonali għal 26 ewro s-siegħa. Proposta oħra li ġiet irrifjutat.
L-MCAST sostna li qiegħed joffri l-aqwa ftehim kollettiv li qatt ġew offruti l-akkademiċi f’dan il-kulleġġ fis-sittax-il sena li ilu jeżisti dan il-kulleġġ u appella lill-MUT biex twaqqaf l-azzjonijiet industrijali, u tikkonsidra bis-serjetà ir-responsabbiltajiet tagħha bħala unjin serja ta’ professjonisti u tirritorna fuq il-mejda tan-negozjati biex tagħlaq dan il-ftehim għall-benefiċċju tal-istaff akkademiku tal-kulleġġ.