L-Air Malta qiegħda tiċċelebra t-tnedija tat-13-il rotta ġodda tagħha b’offerta speċjali ta’ 30 % fuq il-prezzijiet Go Smart. L-offerta hija miftuħa għal perjodu ta’ ġimgħa u tigi fi tmiemha fis-27 ta’ Frar 2018. F’kummenti li ta dwar din l-offerta, Paul Sies, l-Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Aħna kuntenti ferm li diġa’ biegħejna eluf ta’ biljetti fl-ewwel jum li nedejna erba’ rotot ġodda. Kellna rispons fantastiku ftit wara li nedejna s-servizzi bejn l-ajruporti ta Malta, Katanja u Cagliari lejn Southend ta’ Londra. Nixtiequ li l-klijenti tagħna jkunu parti minn din iċ- ċelebrazzjoni u jiskopru magħna mhux biss dawn l-erba’ rotot iżda lkumplament ta 13 il-rotta ġdida tagħna li bdejna riċentement jew li ser nibdew fil-ġimgħat li ġejjin bħala parti mill-iskeda tagħna tas-sajf. Dan huwa żmien tajjeb ħafna biex takkwista l-offerta u tivvjaġġa mal-Air Malta.”
L-iskont huwa applikabbli fuq it-titjiriet kollha lejn San Pietruburgu, Malaga, Lisbona, Comiso, Casablanca, Katanja-Vjenna, Venezja, Tuneż u Frankfurt.
L-iskont japplika wkoll fuq ir-rotot l-ġodda li ġew imnedija din il-ġimgħa lejn Southend ta’ Londra, Katanja – Londra Southend, Cagliari u Cagliari – Londra Southend. Din l-offerta hija valida għal ivvjaġġar mill-1 ta’ Marzu 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2018 u tkopri l-prodott ta’ Go Smart li joffri kwalità tajba ħafna fejn l-prezz jinkludi bagalja rreġistrata ta’ 23 kg. Il-postijiet huma limitati. L-iskont huwa validu biss mis-sit tal-Air Malta fuq www.airmalta.com. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Għal aktar informazzjoni żur www.airmalta.com jew fuq www.facebook.com/AirMalta.