New Zealand bdiet tnaddaf il-fdalijiet taċ-ċiklun, Gita, li għamel ħsarat f’għadd ta’ binjiet u ħalla eluf bla elettriku.Erba’ reġjuni madwar il-pajjiż baqgħu fi stat ta’ emerġenza, li jagħti aktar setgħat lill-pulizija u l-armata biex jieħdu kontroll tas-sitwazzjoni waqt diżastri.
Numru sostanzjali ta’ toroq madwar il-pajjiż għadhom magħluqa hekk kif mistennija jibdew it-tiswijiet.