Raġel ta’ ħamsa u tletin sena miż-Żebbuġ Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess u ttraffika d-doroga kokaina, pjanta tal-kannabis u raża meħuda mill-pjanta tal-kannabis.
Ir-raġel ġie mixli wkoll li kiser ordni ta’ probation mogħtija mill-Qorti ta’ Għawdex u li sar reċediv wara sentenzi mogħtija mill-Qorti ta’ Malta jew ta’ Għawdex.
Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet, fosthom li jħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.