Aħwa ta’ dsatax u għoxrin sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li ġew mixlija bl-attentat ta’ qtil ta’ raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħal Tarxien.
Iż-żewġt aħwa ġew akkużati b’attentat ta’ qtil wara li allegatament attakkaw raġel b’pipe fi Triq Kelinu Cachia f’Ħal Tarxien nhar it-Tnejn li għadda.L-aħwa Simone u Valentino Festari ta’ għoxrin u dsatax-il sena ġew mixlija li darbu gravi raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħal Tarxien filwaqt li raġel ta’ tnejn u erbgħin sena ġarrab ġrieħi ħfief.
L-aħwa ġew akkużati wkoll bil-pussess ta’ droga cannabis filwaqt li Simone Festari qed jaffaċċja akkuża ta’ traffikar wara li nstabulu 350 gramma tal-istess droga f’daru.