Il-president tal-Istati Uniti, Donald Trump jappoġġja l-isforzi biex jitjiebu l-kontrolli fuq il-pussess tal-armi.
Dan qalitu l-White House li fissret kif Trump tkellem mas-senatur Repubblikan, John Cornyn dwar abbozz bipartiġjan li hu għen biex ikun introdott. L-abbozz tal-elfejn u sbatax kien maħsub biex itejjeb il-konformità federali mal-kontrolli li huma pproċessati qabel ma xi ħadd ikun jista’ jixtri pistola.
Dan seħħ wara li l-awtoritajiet qalu li s-suspettat fl-attakk li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fi Florida, xtara l-arma legalment.