L-azzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Qorti kontra investiment fil-qasam tas-saħħa mill-kumpanija Amerikana Steward hi intiża biss biex tipprova ttellef lill-pazjenti mill-aqwa infrastruttura ta’ livell dinji fl-isptarijiet ta’ Għawdex, San Luqa u Karin Grech, sostna dan il-Gvern fi stqarrija.
L-Oppożizzjoni għal darba oħra mhi qed tipproponi l-ebda alternattiva, bil-konklużjoni inevitabbli tkun li l-attakk tal-Kap tal-Oppożizzjoni hu kontra l-investiment barrani. L-Oppożizzjoni ta’ Adrian Delia qed turi l-kuluri tagħha b’negattività li hi agħar mill-Oppożizzjoni ta’ qabilha.
Il-Gvern qal li se jkun qed jipproteġi l-interessi tal-pazjenti u tal-poplu kollu kemm hu fil-fora kollha.