Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli indirizzat l-ewwel laqgħa tal-bord taċ-Ċittadinanza bil-Mertu wara li f’Diċembru 2017 ġie ppubblikat avviż legali li introduċa dan il-mekkaniżmu. Is-Segretarju Parlamentari qalet li llum qed nagħmlu pass ieħor importanti għal pajjiżna.
Dan hu mod ieħor kif pajjiżna jkompli jissaħħaħ f’diversi oqsma b’setturi ċari u definiti fil-mekkaniżmu legali.
“L-għan hu li mhux biss nattiraw investiment iżda anke talent li jkompli jsaħħaħ lil pajjiżna. L-individwi li jistgħu jingħataw iċ-ċittadinanza jrid ikollhom kapaċitajiet straordinarji fl-oqsma tal-arti u tal-kultura, fl-isport, jew fix-xjenza u fir-riċerka”, spjegat is-Segretarju Parlamentari.
F’dan il-proċess – bħal kull tip ta’ ċittadinanza oħra li tingħata – Identity Malta, flimkien mal-Pulizija ta’ Malta, tagħmel proċess rigoruż ta’ due diligence.
Il-bord hu kompost minn:
Chairperson – Dr Isabelle Gonzi
Segretarju – Mr Christopher Falzon
Membru – Mr Rodney Pisani
Membru – Ms Joanna Camilleri
Membru – Ms Catherine Tabone
Membru – Dr Trevor Borg
Membru – Prof. Angela Xuereb