Il-President tal-Istati Uniti kkrtitika lill-FBI talli ħarbulhom sinjali qabel l-isparatura li seħħet fi skola fi Florida nhar l-Erbgħa li għadda.
Fuq Twitter, Trump qal li l-aġenzija kienet qed tiddedika wisq ħin tipprova ssib provi li r-Russja kienet involuta fil-kampanja Presidenzjali tiegħu.
Il-President tal-Istati Uniti qal li dwar dan, ma kien hemm l-ebda kollużjoni, u ħeġġiġhom jerġaw lura għax-xogħol bażiku tagħhom u li bih jagħmlu lil pajjiżhom kburi.
L-FBI ammettiet li naqset milli taġixxi fuq ħjiel li rċeviet fuq suspettat agressur bl-isem ta’ Nikolas Cruz, li ammetta li wettaq sparataura fi skola f’Parkland u qatel sbatax-il persuna.