Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq akkużat b'pussess ta' 3 kilos droga kannabis | One News

Notifiki

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq akkużat b’pussess ta’ 3 kilos droga kannabis

Rhys Spiteri ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu 3 kilos kannabis.  Il-Pulizija sostniet li d-droga nstabet f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali.

Spiteri wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża oġġezzjonat għall-ifriżar tal-assi. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat  Claire Stafrace Zammit laqgħat it-talba.

Spiteri ammetta l-pusses iżda d-difiża qalet li m’hemmx xhieda biżżejjed li turi li l-użu ma kienx wieħed personali.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest hekk kif qalet li  ma hemm l-ebda periklu għall-provi tal-każ jew bizgħat tal-perikli ddeterminati fil-liġi.  Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba u qalet li għadu jrid jiġi invetigat il-każ iktar fil-fond.

Il-Qorti qalet li tħoss li l-akkużi huma serji, pero dan biss ma jwaqqafx  il-Qorti milli tgħati l-ħelsien mill-arrest.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-Għassa tal-Qawra,  b’ depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend