Terremot ta’ qawwa 4.4 fuq l-Iskala Richter heżżeż il-Lbiċ tal-Brittanja. It-terremot oriġina 20km ‘il fuq minn Swansea f’Wales għall-ħabta tas-14:30.
Dan it-terremot qed jitqies bħala wieħed ta’ qawwa akbar minn normal għar-Renju Unit hekk kif mhux soltu.
Fortunatament m’hemm ebda rapporti ta’ persuni midruba jew li seħħew xi ħsarat kawża tat-terremot.