Beda x-xogħol ta’ analiżi tas-siġar fi Triq Notabile, biex ikun ivverifikat l-istat li jinsabu fih.
Wara l-inċident sfortunat li ħasad il-ħajja tar-Rumen Dan Udrea, meta siġra waqgħet fuq il-karozza tiegħu, l-ELC, l-Environment Landscape Consortium bdew jeżaminaw dawn is-siġar biex jaċċertaw il-qagħda li jinsabu fihom; jekk hemmx siġar mejta jew li għandhom bżonn żabra biex jifilħu iżjed għall-elementi. Dan anke fid-dawl li ċertu siġar ma jkollhomx fond biżżejjed biex iniżżlu l-għeruq.
Is-siġar li jeħtieġ issir xi tip ta’ azzjoni fuqhom, madwar għaxra, ġew immarkati b’lewn jgħajjat.