Il-Fondazzjoni Agara tirbaħ il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2017 | One News

Notifiki

Il-Fondazzjoni Agara tirbaħ il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2017

Ir-rebbieħa tal-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2017 hija Fondazzjoni “Agara” li għalihom dehret Stephanie Micallef.

Il-Fondazzjoni twaqqfet fl-2014 wara li żewġt iħbieb taż-żagħżugħa marru b’missjoni l-Etijopja. Minn hemmhekk, il-grupp kiber u saret parti minnu Stephanie.

Wara l-missjoni fl-Etijopja, bdew jiġbru l-flus biex jgħinu lil tfal inqas ixxurtjati.

L-idea ta’ “Agara”, li bil-lingwa tal-Etijopja tfisser nimxu flimkien, għandu l-għan li jgħin lil dawk anqas ixxurtjati. Għamlu xogħol f’kampijiet tar-refeġjati fil-Lebanon u fir-Rumanija.

 

“Li għandna f’moħħna għal din is-sena hi li naħdmu fil-Ġreċja, fl-Afrika t’Isfel u anke f’Malta, jiġifieri nkomplu l-ħidma tagħna anke f’pajjiżna stess.”

 

Il-Premju ingħata mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, li f’kelmtejn tal-okkażjoni qalet li fadal żgħażagħ li qed jgħixu l-ħajja Nisranija u jkunu ta’ eżempju għal sħabhom.

Din iċ-ċerimonja ssir ta’ kull sena mill-Moviment Keryima, fejn jippremja żagħżugħ jew żagħżugħa li jkunu ta’ mera għal sħabhom bix-xogħol tagħhom; u jkunu t’eżempju Nisrani fil-komunità.

 Għall-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2017 kien hemm sitt nomini li l-President ta’ Malta qalet li huma kollha rebbieħa għax kollha għandhom il-valur tal-imħabba.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend